Filmat li ntbagħat lil one.com.mt juri siti popolari mat-turisti mgħerrqa, inkluż Malti li nzerta hemmhekk għal btala u bagħat filmat lil dan l-istazzjon, li juri turisti Maltin f’lukanda jieħdu kolazzjon b’saqajhom fl-ilma miksija bil-boroż.
Qalilna li lbieraħ filgħaxija, tliet kwarti tal-ħwienet fi Pjazza San Marco kellhom jgħalqu, u ħafna mit-turisti nqabdu fil-lukandi.
Għargħar kbir f’Venezja ħalla l-maġġoranza tal-belt Taljana mgħerrqa taħt l-ilma, u s-sindku qed jgħid li dan huwa riżultat tat-tibdil fil-klima.
Skont Luigi Brugnaro, l-ogħla livelli ta’ ilmijiet fir-reġjun f’aktar minn ħamsin sena mistennija jħallu marka permanenti.
L-ilmijiet f’Venezja laħqu s-6 piedi, u skont iċ-ċentru ta’ moniteraġġ tal-belt, kien biss darba fl-1966 meta s-sitwazzjoni kienet agħar.