Din il-Ġimgħa jixxandar id-9 episodju tas-sensiela PREZZ L-IMĦABBA li qed tixxandar kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija, esklussivament fuq ONE.
Fl-episodju ta’ din il-Ġimgħa naraw kif Lola ma tridx taf b’żewġha u għalhekk tmur għand il-Kappillan biex forsi jagħtiha parir, pero’ il-Kappillan jgħidilha kliem li mhux riedet tisma’ hi .
Manswetu jgħid lill-ġenituri tiegħu li xtaq jitlaq mill-kulleġġ filwaqt li Lilly jiġrilha dak li ommha Lola beżgħet li ser jiġri minn mindu ġie żewġha lura.
PREZZ L-IMĦABBA jixxandar l-Ħamis 06 ta’ Marzu fid-9:15pm