Tliet karozzi ħadu n-nar fi Triq Gafar f’Tas-Sliema. Il-karozzi nbidlu fi fjamma waħda fis-satra tal-lejl u għadu mhux magħruf x’ikkawża dawn in-nirien. Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxilhom jikkontrollaw in-nirien, u b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Il-filmat juri l-mument li n-nirien li ħakmu dawn il-karozzi bdew jiġu kkontrollati: