Mit-30 ta’ Settembru, ma’ bidu ta’ skeda ġdida fuq ONE, il-preżentattriċi u l-kantanta Tiziana Calleja se tingħaqad ma’ Pawla u Janvil għal programm ġdid kuljum.
ĊEMPEL U IRBAĦ se jkun programm divertenti u li se jagħti ċ-ċans lis-segwaċi ta’ ONE jidħlu f’kuntatt kontinwu mal-personalitajiet Tiziana, Pawla u Janvil.

Permezz ta’ din il-programm ONE se jkun qed jidħol f’eluf ta’ djar Maltin u Għawdxin, hekk kif permezz ta’ logħob sempliċi u li kulħadd jista’ jilgħab mill-kumdita’ tad-dar, ta’ kuljum is-segwaċi jistgħu jirbħu diversi rigali.

ĊEMPEL U IRBAĦ se jkun qed jixxandar f’xandira diretta biex jagħti ċans lil kulħadd jipparteċipa b’mod dirett. Kull m’għandek tagħmel huwa, li mit-30 ta’ Settembru f’nofsinhar, issegwi ONE u ssegwi l-gwida tal-preżentaturi biex tipparteċipa f’dan il-programm.
Segwi hawn il-promozzjoni ta’ ĊEMPEL U IRBAĦ: