Filmat imxerred fuq is-sit soċjali ta’ Facebook qed juri xufier ta’ vann tistaqsi lil xufier tal-ambulanza tal-Emerġenza sabiex iċċaqlaq l-ambulanza waqt li t-tim mediku kien qed jassisti persuna ġewwa residenza privata. Xhieda fuq il-post qalu li qabel niżlet mill-vann, ix-xufier tal-minibus għamlet ammont ta’ ħin tpaqpaq il-ħorn bit-tama li titneħħa l-ambulanza li kienet pparkjata mal-ġenb ta’ triq residenzjali.
Agħfas fuq ir-ritratt ta’ taħt sabiex tara l-filmat.