Dalgħodu l-għola awtoritajiet tal-pajjiż qegħdin isellmu lil Malta Repubblika.
Dan permezz ta’ ċerimonja fi Pjazza San Ġorġ li qiegħda tfakkar l-44 anniversarju.
Il-Forzi Armati ta’ Malta qegħdin jieħdu sehem f’parata ‘Trooping the Presidential Colours’ li mistennija ddum madwar siegħa.
Wara l-Parata, fil-Palazz tal-President fil-Belt issir iċ-ċerimonja tal-investitura u tal-għoti tal-midalji.