Il-Membru Parlamentari Ingliż Tulip Siddiq, li hija wkoll omm prospettiva, ipposponiet t-twelid ta’ binha li se jitwieled b’ċesarja sabiex tkun tista tattendi għall-vot kruċjali Brexit.
F’kummenti lill-BBC, Siddiq, li għandha tqala f’riskju għoli minħabba d-diabete, saħqet li dan il-vot kien wieħed importanti ħafna għaliha, u li minkejja li suppost kellha tkun l-isptar, hija ħasset li kellha tattendi l-Parlament biex twassal il-vuċi tal-kostitwenti tagħha minn Hampsted u Kilburn.
“I mean I should really be in hospital right now. But when I realised the date, I actually rang the doctor back. It’s really a big deal for me, it’s not a decision that I made lightly. The reason I did it is because I want the voices of my constituents in Hampstead and Kilburn to be heard”.
Hija mistennija twelled aktar tard din il-ġimgħa.