Il-pet cabin fl-Isptar Mater Dei hija uffiċjalment miftuħa. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne irringrazzja lil JCI Malta u Survivors Malta talli wasslu dan il-proġett li se jfarraġ ħafna pazjenti.
Din l-inizjattiva bdiet tliet snin ilu iżda kawża tal-Covid-19, il-proġett kellu jiġi pospost. Din il-kabina, li ilha mixtieqa minn bosta pazjenti, se tippermetti lill-pazjenti li jkollhom pet u li jkunu f’Mater Dei fit-tul biex iqattgħu ftit ħin mal-pet tagħhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Prosit lil @materdeihospital għall-ftuħ ta’ #PetCabin flimkien mal-NGOs JCI Malta u Survivors Malta – issa possibli għall-pazjenti jiltaqgħu mal-pets tagħhom b’mod sikur. pic.twitter.com/wp5aD2luM4
— Chris Fearne (@chrisfearne) December 20, 2022