Il-maltemp li kellna f’dawn l-aħħar jiem fisser aktar xogħol għal ċertu ħaddiema, fosthom il-forzi tal-ordni u dawk inkarigati miż-żamma tal-indafa f’pajjiżna.
Id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni (Cleansing and Maintenance Division) tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġjar tal-iskart lill-Gvern Ċentrali u lill-Kunsilli Lokali, partikolarment fejn jidħol tindif pubbliku, sabiex iż-żoni urbani u mhux urbani jinżammu ħielsa minn skart u skart mormi illegalment, biex b’hekk jittejjeb l-ambjent. Iżda f’dawn l-aħħar jiem ħadu rwol importanti – dak li jiżguraw li t-toroq Maltin ikunu ħielsa minn oġġetti li setgħu spiċċaw fit-triq kawża tal-maltemp.
Dalgħodu stess kien qed isir xogħol quddiem ir-redisenza San Vincenz de Paule.
Dan ix-xogħol huma importanti mhux biss biex in-nies ikollhom aċċess normali għat-toroq, imma wkoll biex servizzi ta’ emerġenza jkunu jistgħu jaċċessaw is-siti kollha jekk ikun hemm bżonn.





Permezz tal-mezzi soċjali, fis-sigħat li għaddew, id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni qalu:
Sitwazzjoni mhux faċli: riħ forza 8, ix-xita nieżla. Minn qalbna ngħidu grazzi lill-ħaddiema tagħna tad-Divizjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni fejn qed jassistu biex jitneħħa l-periklu li tista tikkawża l-canvas.
Dan wara li xi materjal minn billboard spiċċa fit-triq.


Twettqet ħidma wkoll fuq il-bajjiet, biex materjal ma jispiċċax fil-baħar. Apparti li huwa ta’ periklu, jikkawża wkoll ħsara ambjentali.

Minbarra x-xogħol li jsir waqt xi maltempata, id-Diviżjoni taħdem kontinwament biex jitneħħa skart li jista’ jkun ta’ żgombru waqt il-maltemp, u jżomm milli jgħaddi l-ilma.