Amelia Thompson ta’ 12-il sena ġiet mistiedna fil-Kastell Windsor għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.
It-tifla qalet li kienet bla kliem malli rat l-invit. Thompson sfat trawmatizzata meta splodiet bomba waqt kunċert ta’ Ariana Grande f’Manchester f’Mejju 2017.
Il-koppja xtaqu li jkollhom il-mistiedna li jixtiequ huma mingħajr protokol żejjed tant li l-Prim Ministru Ngliż Theresa May mhix mistiedna.