Wara li nhar il-Ġimgħa beda l-programm ‘Id-Dibattitu’ u anke beda jixxandar it-3 staġun ta’ Malta’s Ultimate Tattoo Challenge (MUTC) mill-lum it-Tnejn hemm tibdil fl-iskeda ta’ ONE.
L-avventura u l-isfida ta’ MUTC, apparti l-programm ta’ nhar ta’ Ġimgħa fid-9:15pm, tkompli permezz ta’ MUTC SHARPS, b’ħames minuti kuljum fid-8:50am, fis-1pm u fl-10:35pm.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/10084209/475695802_584406367833326_6181722291589754882_n.jpg)
Ma’ dawn il-5 minuti ta’ MUTC, se jiżdiedu ukoll 5 minuti kuljum imsejjħa BRILLANTI FLASH, hekk kif minn nhar l-Erbgħa li ġej 12 ta’ Frar u kull nhar ta’ Erbgħa, jibda jixxandar BRILLANTI SINGERS. Apparti l-programm, darba fil-ġimgħa, Brillanti se jibda jwasslilna aktar x’inhu jiġri f’din il-kompetizzjoni mimlija talent f’5 minuti kuljum, fit-8:30pm. Dawn il-5 minuti kuljum ta’ Brillanti Flash, jibdew mill-lum it-Tnejn.
Apparti dawn l-aġġornamenti, mill-lum it-Tnejn 10 ta’ Frar, ikompli l-programm GRILLING. Dan il-programm qasir, iżda effettiv, issa se jibda jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fid-9:15pm wara l-episodju tas-sensiela popolari KWIR. Il-mistieden waqt Grilling ta’ din il-ġimgħa huwa l-wiċċ ta’ Puttinu, Rennie Zerafa. Fid-9:30pm, jissokta l-programm IL-BARBIER, b’aktar diskussjoni u umoriżmu bejn l-irġiel.