Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May tat bidu mhux tas-soltu għal diskors suppost kruċjali fil-konferenza tal-Partit Konservattiv fl-Ingilterra.
Viżibilment kuntenta li għażlu l-kanzunetta ‘Dancing Queen’ tal-grupp ABBA, May bdiet tiżfen fuq il-palk daqs li kieku ma kellha ebda ħsieb ikrah fuq moħħha.
F’diskorsha, May qalet li l-Partit fil-Gvern għandu jkun il-Partit ta’ kulħadd, filwaqt li se tibqa’ taħdem għal negozjati vantaġġjużi għal Brexit.
Filmat: Bloomberg