Il-programm kulturali, storiku u informattiv ‘The Local Traveller‘ li tippreżenta Clare Agius, ser ikompli f’April fuq ONE. Minħabba tibdil fl-iskeda ta’ ONE, li tirrikjedi aktar xandiriet politiċi fiż-żmien il-kampanja elettorali, il-programm ‘The Local Traveller‘ ser jieqaf għal matul ix-xahar ta’ Marzu u jkompli wara l-elezzjoni.
Sadanitant Clare Agius u t-tim tagħha, ser ikomplu jiġbdu aktar filmati sbieħ ta’ pajjiżna biex it-telespetatturi ta’ ONE jkunu jistgħu jgawduhom minn April.
Ara u segwi aktar hawn: