Ġmiel ta’ ritratti antiki spiss qed ikunu jiċċirkolaw fuq facebook li mhux bilfors juru xeni imma juru anke nies li llum il-ġurnata ħallewna.
Dawn ukoll nistgħu nsejħulhom ġmiel ta’ ritratti għal bosta raġunijiet. Wara kollox huwa ġmiel li terġa tara membri tal-familja mill-passat li llum m’għadhomx magħna.
Wieħed jinnota wkoll kemm inbidlu ż-żminijiet kif ukoll it-tradizzjonijiet. Mhux inqas il-madwar.
Dan ir-ritatt aktarx inġibed f’jum xitwi fin-niżla mtarrġa ta’ Bormla viċin il-Knisja Kolleġġjata.
X’aktarx kien funeral għaliex tidher bandiera fuq spalla li għandha ċoff iswed kif ukoll hemm raġel bil-kappell f’idejh.
Kien ukoll żmien viċin it-tieni gwerra dinjija minħabba l-ħerba evidenti li hemm quddiem il-Knisja. Niftakru li l-Kottonera batiet minħabba l-attakki tal-għadu.