Fuq l-istazzjon nazzjonali waqt il-programm Xarabank il-firda fil-Partit Nazzjonalista kompliet tilħaq l-ogħla livelli fejn fazzjoni u oħra mhux biss kompliet taqsam lil partit imma spiċċat titgħajjar.
Filwaqt li fl-istudjo Frank Portelli, li fl-aħħar tellieqa għal Kap fisser kemm it-tellieqa kienet mimlija intriċċi u mibgħeda, permezz ta’ kollegament telefoniku l-eks preżentatur fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista David Thake baqa’ jitfa’ l-pressjoni biex Delia jwarrab.
F’ħin minnhom Frank Portelli u David Thake spiċċaw jitgħajjru sew fil-preżenza tal-Viċi-Kap Nazzjonalista David Agius.
David Thake: “Frank naf illi xi kultant diffiċli iżomm argument f’postu inti pero…”
Frank Portelli: “Jiddispjaċini ta, jiddispjaċini jiena bniedem ibbilanċjat, tajjeb? Qatt m’għedt il-pastażi li smajt jiena fuq ir-radio mingħandek.
Frank Portelli: “U inti mhux tikkritika, inti xxerred il-mibgħeda qiegħed.”
David Thake: “X’għandu x’jaqsam.”
Frank Portelli: “Inti għandek wisq mibgħeda ġo qalbek, dik il-problema.”
Peppi Azzopardi: “Hudu paċenzja.”
L-affarijiet tant eskalaw li David Thake infexx jgħajjar lil Portelli fuq il-passat tiegħu.
David Thake: “Qatt ma dort kontra l-partit il-għaliex ma aġevolaniex fuq xi sptar lanqas ta.”
Frank Portelli: “Uwejja, tkunx baby! Vera l-mibgħeda titieħed.”
Bil-programm jieħu sura ta’ fazzjoni Nazzjonalista tattakka bla rażan lil oħra, l-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius spiċċa jħossu jistħi.
“Mhux li mmorru fuq il-midja u mhux imorru fuq il-facebook u żewġ Nazzjonalisti kbar jgħajru lil xulxin. Le! Jien bħala Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista nħossni nistħi.”
Jekk qatt kien hemm dubju li l-Partit Nazzjonalista jinsab f’baħar t’inkwiet, David Agius kompla joħroġ fil-beraħ is-sitwazzjoni mwiergħa li jinsab fiha l-Partit.
David Agius: “Mela ngħajru lil xulxin fuq it-television? Din mistħija għalija.”
Peppi Azzopardi: “Nistgħu niddiskutu”
David Agius: “Le mhux niddiskutu qegħdin, qegħdin ngħajru lil xulxin Peppi.”
Intant is-sitwazzjoni ta’ tgħajjir bejn naħa u oħra fil-Partit Nazzjonalista fuq il-programm Xarabank baqgħet għaddej għal tul ta’ ħin, bil-Viċi-Kap Nazzjonalista jiftaħ idejh u jgħolli għajnejh u l-preżentatur kostrett jikkalma l-affarijiet.
David Thake: “I don’t subscribe to it jiġifieri.”
Frank Portelli: “Imissek tisħi!” (David Agius jiftaħ idejh)
Peppi Azzopardi: “Iva orajt issa nerġgħu nikkalmaw ftit, ok.”