Tfal ċkejknin għexu esperjenza unika, hekk f’dawn l-aħħar jiem kellhom iċ-ċans jgħixu l-mumenti li kull plejer tal-futbol professjonali jħoss.
Lebsin il-flokkijiet li jirrappreżentaw il-bandiera Maltija, it-tfal dehru kuntenti ħerġin fil-Grawnd taċ-Ċentinarju u, flimkien mal-carers taċ-childcare centre La Bacchetta Magica Malta, kellhom ġurnata ta’ attivitajiet.
Huma kellhom iċ-ċans ukoll li jiltaqgħu ma’ żewġ plejers tat-tim nazzjonali Malti, Adam Magri Overend u Carlos Zammit Lonardelli, qabel l-impenjii tal-UEFA Nations League kontra l-Moldova u l-Andorra.