Filmat ġdid online juri bniet tal-iskola jgħajjru b’leħen wieħed lil membru tal-forza para-militari tal-Iran imsejjħa Basij, wara li l-protesti kontra l-Gvern imxerrda mal-pajjiż infirxu fil-klassijiet tal-iskola.
L-adoloxxenti jidhru jxejjru l-ilbies li ssoltu jgħattu rashom bih u jgħajjru lir-raġel, li oriġinarjament kien intalab jindirizzahom.
Rapporti mhux uffiċjali qed jgħidu li dan kien iffilmjat f’Shiraz nhar it-Tlieta.
Il-forza paramilitari Basij għenet lill-forzi tas-sigurtà tal-Iran biex inaqqsu l-protesti li nħolqu wara l-mewt ta’ mara żagħżugħa li kienet taħt arrest mill-‘Puliżija tal-moralità’.
Filmati oħra juru tfajliet tal-iskola jkantaw “ħelsien, ħelsien, ħelsien” waqt protesta fi triq.
Women and in recent days teenage girls have been at forefront of #IranProtests2022. In this video while schoolgirls are waving their hijabs in air chanting “freedom, freedom”, an older woman -apparently one of their mothers- join in clapping. #مهسا_امینی pic.twitter.com/wxQQ2LtYWL
— Khosro Kalbasi Isfahani (@KhosroKalbasi) October 5, 2022