Jekk qed tfittex ħarġa speċjali għal din it-tmiem il-ġimgħa li se toffri esperjenza mill-isbaħ lill-uliedek, il-Festival Internazzjonali tat-Tajr jaf ikun il-mawra ideali għalik.
Sas-17 ta’ Ottubru, is-smewwiet fuq il-kappella ta’ San Dimitri se jimtlew tajr ta’ kull kulur, daqs, forma u tema li waħda minnhom tista’ ssir bl-idejn minn uliedek stess fuq il-post.
Din hija r-raba’ edizzjoni tal-festival, u qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill tal-lokalità.
Esperti u dilettanti minn madwar id-dinja u anke l-gżejjer Maltin se jkunu fuq il-post biex l-esperjenza tkun waħda impekkabbli. Dawn se joffru wkoll workshops dwar kif jinħadem it-tajr għat-tfal bħala tifkira tal-festival.
Id-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas u miżuri marbuta mas-saħħa u s-sigurtà se jkunu fis-seħħ.
Ritratt u filmat: Joseph Mercieca