Glen Vella iniedi kanzunetta ġdida bl-isem “Tagħna 2” b’kompożizzjoni u kliem ta’ Mark Attard (Kram). Il-kanzunetta titratta dwar il-ħolm u x-xewqa ta’ persuna li xi darba ssib l-imħabba ta’ ħajjitha. Minjaf il-ħolm tagħha jsirx realtà u fl-aħħar qalbha ssib dak li trid?!
Il-produzzjoni mużikali nħadmet minn Luke Grech u t-tim tiegħu ġewwa Corner House Studios. Il-kanzunetta ħarġet taħt il-marka Ġermaniża CAP-Sounds.
Din il-kanzunetta b’ritmu mexxej hija akkumpanjata flimkien ma’ vidjow mużikali maħdum minn Tribe taħt id-direzzjoni ta’ Olwyn Jo Saliba u li ġie miġbud fir-residenza tal-kantant leġġendarju Malti, Renato Micallef.
Għal ”Tagħna 2”, Glen jirringrazzja lil Sandro Zammit stilista tal-ħwejjeġ, lil dawk li libbsuh fosthom Charles and Ron, lil MVintage għall-ġojjelerija, lil Nicole Busuttil għall-irtokk, lil Warren Bonello minn Dope għall-koreografija, lil Paul Camilleri minn Pix by P għall-fotografija u lil Sean Cini – Creative Guru għall-marketing.
Ara hawn il-vidjo mużikali ta’ ”Tagħna 2”