Fl-iskola tal-mużika 16-il żagħżugħ u żagħżugħa temmew b’suċċess l-esperjenza edukattiva tagħhom fil-mużika hekk kif gradwaw fil-bosta korsijiet artistiċi li għamlu.
Dan huwa l-ewwel grupp ta’ studenti li laħqu livell ta’ diploma li hija akkredita mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-edukazzjoni għolja.
Waqt dan il-jum tant importanti għalihom spikka s-sens ta’ sodisfazzjoni ta’ dawn l-istudenti li żviluppaw ħiliet artistiċi liema bħalhom. Uħud mill-istudenti li tkellmu ma’ ONE News qalu: “Hija verament importanti ħafna għaliex ilni nistudja ħafna 12-il sena nistudja il-pjanu allura din iċ-ċerimonja tal-illejla se tgħinni ħafna.”
Student ieħor qalilna: “Għalija issa ġrat xi ħaġa kbira ħafna ifhem dak ix-xogħol kollu li tkun għamilt issa fl-aħħar mill-aħħar qed jinqasam ma nies. Il-muscial theatre għallija hija xi ħaġa importanti, kulljum inkanta u iġgħalni nħoss xi ħaġa li fid-dinja biex inħobbu.”
Huwa mistenni li sena dieħla n-numru ta’ dawk li se jilħqu l-istess livell ta’ diploma se jkun akbar u dan għaliex il-kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ħadem bi sħiħ sabiex jippreżenta kurrikulu b’saħħtu.
Il-kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jgħaqqad skejjel speċjalizzati għall-edukazzjoni tal-arti viżiva u tal-ispettaklu f’Malta u f’Għawdex.
Dawn jinkludu l-iskola tal-arti, dik tal-mużika, tad-drama u żfin, tad-drama u żfin.
Il-Kap tal-iskola, Alan Fenech sostna li “Iċ-ċerimonja tal-illum tiċċelebra għal uħud mill-istudenti illi li ottonew livell numru 4 jew 5 fl-istudju tagħhom.”
Madwar 4,000 student huma attwalment reġistrati f’dawn l-iskejjel ma’ kważi 200 edukatur bil-passjoni għall-edukazzjoni tal-arti.