Splużjoni barra l-ambaxxata Amerikana f’Beijing qajmet paniku sħiħ.
Fil-kapitali Ċiniża dehret daħna kbira hekk kif l-ewwel rapporti juru li raġel sploda bomba tal-idejn viċin l-entratura għall-ambaxxata.
Rapporti oħra sostnew li l-pulizija pruvaw iwaqqfu mara li bdiet titfa’ l-petrol fuqha, f’attentat suwiċida.
Viċin l-ambaxxata dehret preżenza qawwija ta’ pulizija u uffiċjali militari hekk kif l-isplużjoni waslet għal ħsarat f’karozzi tal-pulizija li kienu biswit fejn saret l-isplużjoni.