F’anqas minn xahrejn, inkunu segwejna is-66 edizzjoni tal-akbar spettaklu televiżiv fid-dinja, il-Eurovision Song Contest. Din is-sena l-festival ser jittella’ f’Turin l-Italja. 40 pajjiż ser jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ Mejju li ġej, fejn din is-sena ser naraw ir-ritorn tal-Armenja u l-Montenegro. Ir-Russi, li oriġinarjament kienu pjanati li jieħdu sehem, issa ġew irtirati mill-organiżżaturi minħabba l-kunflitt tagħhom mal-Ukrajna.
F’dawn l-aħħar ħinijiet, is-sit uffiċjali eurovision.tv xandar filmat li juri l-40 kanzunetta li ser jieħdu sehem fil-Eurovision ta’ din is-sena li ser jittella’ fl-10, 12 u 14 ta’ Mejju.
Segwi hawn silta minn kull kanzunetta:
S’issa mad-djar tal-imħatri l-favoriti netti li jirbħu l-Eurovision ta’ din is-sena huma l-Ukrajna, segwita mill-Italja. Malta bil-kanzunetta ta’ Emma Muscat ‘I am what I am’ tibqa’ fil-21 post.