Nazju Tonna, wieħed mis-sidien li kien qed jikri żewġ stalel taż-żwiemel lill-immigranti fil-Marsa esprima r-rabja tiegħu wara l-azzjoni li ħadu l-Awtoritajiet biex ibattlu numru ta’ stalel li nstab li kien qed jgħixu fihom għexieren ta’ immigranti b’mod illegali. F’kummenti ma’ One News Tonna ammetta li kien qed jikri l-istalel tiegħu lill-immigranti b’mod illegali, iżda qal li jinsab urtat li l-pulizija għamlulu l-ħsara meta naqsu milli javżawh bl-azzjoni li kienet ser tittieħed.