Mill-iskeda l-ġdida ta’ ONE, id-duo komiku DANUSAN flimkien mat-truppa tagħhom se jkunu qed iwasslu lis-segwaċi programm ġdid: SHOOTER

Il-programm SHOOTER se jkun taħlita ta’ ħafna temi – minn satira, għall-komiċità u attwalità. L-għan tal-programm huwa li DANUSAN jagħtu tbissima wara ġurnata xogħol.
Dan il-programm qasir se jkun qed jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-30 ta’ Settembru, għat-20:35.
Ara hawn il-promozzjoni ta’ SHOOTER: