Santa Klaws sfida s-sħana tropika tal-Amażonja bil-għan li jwassal rigali lil tfal f’raħal qrib il-belt Brażiljana ta’ Manaus.
Fil-fatt, Santa Klaws deher b’żewġ dgħajjes mimlijin rigali li tqassmu lil 600 tifel u tifla, li nġabru biex jiltaqgħu ma’ Santa Klaws.
Iż-żjara saret grazzi għal inizjattiva minn organizzazzjoni tal-karità Brażiljana, u qed tiġi deskritta bħala rigal mingħand Alla għaliex dawn l-inħawi huma kwieti ħafna.
VIDEO: Santa Claus arrives by boat to deliver gifts to Indigenous children in the riverside community of Abelha in the Brazilian Amazon. pic.twitter.com/GzI3bOC2Br
— AFP News Agency (@AFP) December 25, 2024