Duncan Laurence huwa l-artist Olandiż li jinsab il-favorit nett li jirbaħ il-Eurovision Song Contest li ġej.
Filfatt minn mindu l-kanzunetta tiegħu ‘Arcade’ ħarġet, id-djar tal-imħatri poġġewha fl-ewwel post u sa issa għandha vantaġġ tajjeb fuq il-pajjiżi l-oħra.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fil-kapitali Olandiża Amsterdam kien hemm 28 pajjiż jippromovi l-kanzunetta tiegħu għall-Eurovision li ġej.
Malta ma kinitx preżenti iżda ONE Breakfast ħa l-opportunità li jieħu l-kumment tal-ambaxxatur Olandiż li huwa relattivament ġdid fix-xena mużikali.
Ara x’qalilna: