Fit-tlieta u għoxrin ġurnata tal-kampanja għall-elezzjoni ġenerali 2022, il-costings tal-Partit Nazzjonalista baqgħu ma feġġewx.
Dan deher biċ-ċar waqt konferenza tal-Partit Nazzjonalista mtella’ mill-Awtorità tax-Xandir u li fiha d-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti minn kmamar tal-aħbarijiet differenti.
Mistoqsija li ġiet mistoqsija b’mod pertinenti kienet dik dwar il-costings tal-Partit Nazzjonalista, madankollu Callus viżibbilment skomdu għax jaf li qed jiġi mistoqsi dwar xi ħaġa li m’għandux, kompla jipposponi.
Intant meta kien mistoqsi b’mod konkret dwar aktar proposti tal-Partit Nazzjonalista, fosthom dwar il-pensjoni minima, in-numri baqgħu fantażma.
Fil-fatt spikka s-silenzju ta’ Callus wara li ġie mistoqsi l-mistoqsija hekk kif inqabad fuq sieq waħda biex iwieġeb b’dettall fuq proposta magħmula fl-arja.