L-Akwarju Nazzjonali ta’ Malta bħalissa huwa vojt min-nies u mill-attività. Iżda l-attività fost il-ħaddiema tal-post ma waqfitx, fosthom iż-żamma tal-post u tal-ħut.
Dan iċ-ċentru jirrikjedi proċess li jżomm għaddej id-diversi akwarji u tankijiet tal-ilma mimlija b’diversi speċi ta’ ħut differenti.
Iltqajna ma’ Mark Pace mill-Akwarju Nazzjonali ta’ Malta, li spjegalna uħud mill-affarijiet li jridu jsiru bħala rutina.
Huwa spjega: “Aktar minn darba f’ġimgħa jittestjaw l-ilma, jittestjaw is-salinity, jittestjaw l-ilma, il-kwalità hux kif kienet meta tal-ġimgħa ta’ qabel biex ma jkollniex problemi. Għax inti once li tinqala problema fl-ilma ħa taffettwa l-ħut.”
Mal-150 speċi ta’ ħut u 30 tip ta’ insett jagħtu l-ħajja u l-kulur lil dawn iċ-ċentru u joggru spettaklu ta’ dinja differenti għal kull min iżur iċ-ċentru.
Is-Sur Pace sostna: “Tropikali għandek is-sharks, għandek speċi ta’ sharks li għandna hawnhekk minn black tip, zebra sharks, horn sharks. U ovvjament għandek l-ispeċi l-oħra lokali li nsibu fil-lokal.”
Pace tenna wkoll l-ħut għandhom sistema speċifika ta’ ikel li jrid jinġieb minn barra.
Huwa kompla jgħid: “Għandek ħut tropikali, ikel differenti. Għandek oħrajn li jieklu squid, gambli u ovvjament trid toqgħod attent li titma l-ħut kollu. Huwa proċess delikat u huwa ħafna xogħol.”
Pace tenna li l-ħidma u l-manutenzjoni ta’ dan iċ-ċentru se sservi ta’ preparazzjoni għal meta tgħaddi il-pandemija u b’hekk