F’Madrid diversi immigranti ġġieldu mal-Pulizija Spanjola wara l-mewt ta’ persuna mis-Senegal wara li allegatament diversi uffiċjali ġrew wara dan il-bejjiegħ.
Fir-rewwixta għaxar uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ dsatax il-persuna oħra ġarrbu xi ġrieħi.
Id-dimostranti taw in-nar lill-mutur kif ukoll laned taż-żibel fit-toroq u xeħtu xi ġebel fid-distrett ta’ Lavapies.
Il-bejjiegħ li għandu madwar tletin sena instab mixħut mal-art mitluf minn sensih u skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li miet kawża ta’ attakk tal-qalb. Huwa kien ilu jgħix fi spanja tnax il-sena u kien wasal hemm hekk permezz ta’ dgħajsa mimlija bl-immigranti.