10 snin ilu, 5 ġuvintur b’passjoni għall-mużika għaqdu grupp. L-isem li għażlu kien Red Electrick.
‘The end of it all’ kienet l-ewwel diska li ħarġu u minn dakinhar l’hawn qatt ma ħarsu lura.
B’diski ta’ suċċess bħal ‘Who the heck is REK’, ‘Paul’ u ‘Young Again’, irnexxielhom jiġbru ammiraturi
minn kull ġenerazzjoni u m’hemmx kuncert wiehed kemm Malta u kemm barra li ma jkunx mimli.
Kmieni din is-sena ġie magħruf li l-kantant u mużiċist Joe Roscoe kien ħa jkun il-kantant il-ġdid ta’ Red
Electrick. Dawn l-aħħar erba’ xhur Joe, Peter, Ivan, Robert u Aleandro kienu qiegħdin jaħdmu bla waqfien
kemm fl-istudio Malta kif ukoll ma’ producers f’Los Angeles filwaqt li sabu l-ħin u l-opportunità li jdoqqu
fil-klabb leġġendarju Los Angeles ‘Whisky A Go Go’ kif ukoll f’Bilbao Spanja.
Issa kien wasal il-waqt li ilu tant mistenni mill-ammiraturi li tinħareġ l-ewwel diska bid-debut ta’ Joe
Roscoe ma’ Red Electrick Right Here.
Il-ħoss u l-istil ta’ Joe Roscoe gie magħqud mal-ħoss uniku ta’ Red Electrick biex ġiet maħluqha din id-diska li
għandha ton pożittiv u ddaħlek fl-atmosfera tas-sajf.
Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju ser ikun l-ewwel kunċert tagħhom bil-formazzjoni l-ġdida fir-Ryan’s
Pub San Ġiljan.