Ray Azzopardi, xandar magħruf tul is-snin, irritorna fix-xandir wara bosta snin nieqes. Infatti, Ray Azzopardi tul tmiem il-ġimgħa taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, mexxa x-xandira speċjali li l-istazzjonijiet ONE bdew iwasslu lis-segwaċi u lis-semmiegħa.
Ray Azzopardi fil-passat kien pijunier għall-bidu tal-istazzjonijiet ONE. Tul is-snin mexxa u preżenta numru ta’ programmi favoriti mas-segwaċi u kkumenta u mexxa bosta xandiriet speċjali f’okkażżjonijiet differenti, apparti li l-vuċi tiegħu tibqa’ sinonima mas-semmiegħa ta’ ONE Radio.
Mas-sbieħ tas-Sibt 2 t’April, hekk kif l-istazzjonijiet ONE bdew xandira speċjali fl-okkażżjoni taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, Ray Azzopardi, wara ħafna snin reġa sellem lis-segwaċi ta’ dawn l-istazzjonijiet tant għal qalbu.
Segwi l-ewwel sekondi tar-ritorn ta’ Ray Azzopardi fuq ONE. Ara hawn: