Filmati minn kamera tas-sigurtà qabdu raġel jivvandalizza numru ta’ iBins f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu fi Triq Fr Christian Plater.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-filmat ir-raġel deher ikebbes fjamma f’wieħed mir-riċipjenti tal-iskart sakemm fi ftit ħin in-nar kiber u nxtered għal reċipjenti oħra.
Dan il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija.