Raġel ġie arrestat minnufih, hekk kif waddab bajda lejn il-President Franċiż, Emmanuel Macron.
Dan l-inċident seħħ meta Macron kien qed iżur restaurant f’Lyon.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hawnhekk intervejnew mal-ewwel l-uffiċjali tas-sigurtà sabiex ġie arrestat ir-raġel.
Il-midja internazzjonali qalet kif Macron qal lill-uffiċjali li jekk ir-raġel irid jgħaddilu xi messaġġ, joħduh quddiemu ħalli jkellmu.
F’Ġunju li għadda, l-istess President kien qala’ daqqa ta’ ħarta minn raġel, waqt li kien qed ikellem xi nies.