Lamyaa, tfajla ta’ 17-il sena minn Pennsylvania riċentament kienet involuta f’konverżazzjoni taħraq ma’ numru ta’ persuni dwar il-President tal-Amerika, fejn persuna minnhom qalilha “Tkomplix tiddefendi lilek innifsek. Int lanqas biss tista’ tneħħi l-velu minn madwar wiċċek għax missierek jispiċċa jsawtek kieku.” Kien minn hemm li hi ddeċidiet li tagħmel esperiment, fejn iddeċidiet li tistaqsi lill-missiera, li jgħix l-Arabja Sawdija, jekk tistax tneħħi l-velu.
Kien propju ftit wara li bagħtitlu l-messaġġ li missiera qalilha “Dik mhux deċiżjoni li noħodha għalik jien. L-ebda raġel ma jista’ jieħu dik id-deċiżjoni għalik. Jekk dik hi d-deċiżjoni li qed tħoss li hi tajba u li trid, neħħi l-velu. Għandek l-appoġġ tiegħi.”
Wara li rċeviet dan il-messaġġ, Lamyaa poġġiet stampa tiegħu fuq il-midja soċjali biex turi kif il-hijab, il-velu, mhux simbolu ta’ oppressjoni u li għalkemm għad hemm nisa li qed jiġu sfurzati li jilbsu il-velu, bosta nisa oħra ma jilbsux il-velu għax huma oppressati. Hi saħqet li mhix ħaġa sew li mara ma jkolliex id-dritt li tiddeċiedi għaliha nnifisha ta’ x’għandha tilbes u tagħmel, u kkundannat kull abbuż.
Il-messaġġ ta’ missiera ġie shared fuq Twitter għal aktar minn 350,000 darba.