Il-President tal-MUMN, Colin Galea saħaq li l-unjin qed tilqa’ b’posittività is-surplus ta’ kull sena li se jkun qed jgħin sabiex ikomplu jiżdiedu professjonisti bħal nurses u ħaddiema soċjali.
Huma laqgħu ukoll b’posittività il-ġurnata żieda ta’ leave u qed jappellaw sabiex din tingħata sħiħa.
Il-miżura li l-ħaddiema fis-servizz pubbliku jistgħu ikomplu jaħdmu wara li jirtiraw ukoll intlaqgħet tajjeb mill-union hekk kif dan jista’ jfisser li l-membri jkunu jistgħu igawdu mil-ftehim settorali u kollettiv.