Żagħżugħ qatel lilu nnifsu wara li qatel tliet persuni, fosthom tifel ta’ 6 snin u tifla ta’ 13-il sena, waqt festival tal-ikel fl-Istat Uniti.
Santino William Legan ta’19-il sena, fetaħ in-nar waqt Festival tat-Tewm f’Kalifornja.
L-awtoritajiet qalu li ż-żagħżugħ inqatel mill-pulizija tal-istat, iżda rapporti oħra juri li hu spara lilu nnifsu wara li weġġa’.
L-investigazzjonijiet għad iridu jiddeterminaw il-motiv għall-attakk.