Is-saċerdot kontroversjali li ftit tal-ġimgħat ilu mexxa l-omelija kontra L-IVF ġewwa Birkirkara reġa’ xerred aktar materjal kontra l-IVF.
Din id-darba, huwa uża s-sit soċjali ta’ Facebook fejn permezz tal-paġna tal-Appostolat ta’ San Pawl f’Malta li tagħha huwa amministratur Dun Nicholas Doublet reġa’saħaq li l-IVF huwa inaċċettabbli u xerred filmat li jgħid lill-koppji li użaw dawn is-servizzi sabiex imorru jqerru.
Is-saċerdot Nicholas Doublet li ftit tal-Ġimgħat ilu kien il-vuċi wara l-omelija kontra l-IVF qabbel dan is-servizz li jagħti l-ħajja ma’ dnub tax-xitan.
L-IVF hija aċċettabbli jew le għall-Knisja? U l-verità hija waħda ħuti l-għeżież. Il-kelma hija le.
Fuq Facebook, Doublet uża l-paġna tal-Appostolat ta’ San Pawl biex qal li filwaqt li koppji li ma jistax ikollhom tfal jgħaddu minn tbatija kbira, l-IVF huwa moralment inaċettabbli.
Għaldaqstant jirreferi għal-video magħmul minn kumpanija tal-produzzjoni lokali fejn jispjegaw is-seba’ raġunijiet għalfejn l-IVF, skont huma, huwa inaċċetabbli.
Il-filmat jgħid li t-tfal għandhom biss jiġu kkonċeputi permezz tal-att sesswali bejn il-koppja u li permezz tal-IVF tinkiser l-unità bejn il-koppja affettwata.
Jgħid ukoll li t-tfal ma humiex dritt tal-koppji imma rigal minn Alla.
Għaldaqstant, hekk kif għalihom l-IVF mhux aċċettabbli, il-filmat jagħlaq billi joffri ċans ta’ maħfra għal dawk li skont huma, waqgħu għad-dnub.
WHAT ABOUT PARENTS WHO HAVE ALREADY CONCEIVED CHILDREN THROUGH IVF? THE CATHOLIC CHURCH EXTENDS THE GRACE OF GOD’S MERCY, BY CALLING THEM TO REPETENCE AND THE SACRAMENT OF CONFESSION.