Mill-lum, it-Tnejn 23 ta’ Diċembru fuq ONE, tistgħu tibdew issegwu programmi speċjali relatati ma’ dawn iż-żminijiet ta’ Festi. Infatti, fis-6:15pm Marthese Brincat se twasslilna dokumentarju bl-isem FEJN STKENNEW ĠUŻEPPI U MARIJA fejn se tlaqqana’ ma’ Massimo Borg li sa minn Settembru beda jaħdem fuq presepju mill-isbaħ.
Eżattament, wara dan id-dokumentarju, fis-6:50pm, Marisa D’Amato se twasslilna edizzjoni speċjali u festiva ta’ COUNTRY JAMBOREE – Programm mimli mużika country u li żgur tintogħġob mas-segwaċi ta’ ONE f’dawn iż-żminijiet
Intant, illum it-Tnejn 23 ta’ Diċembru fid-8:45pm jixxandar l-aħħar programm għal din is-sena ta’ IL-BARBIER, fejn Tano Vella flimkien ma’ panel ta’ mistiedna, jwasslilna diskussjoni, divertiment u umoriżmu.
Għada t-Tlieta 24 ta’ Diċembru, lejlet il-Milied, ONE ukoll pprepara skeda mimli, fost diversi programmi u xandiriet speċjali, fl-10pm titwassal b’mod dirett il-Quddiesa ta’ Lejlet il-Milied mill-Kappella ta’ San Ġużepp f’Santa Venera.