Minn din il-Ġimgħa, ONE se jibda jxandar programm ġdid u innovattiv bl-isem ta’ U_TALK
Dan huwa programm li se jagħti spazju liż-żgħażagħ biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar suġġetti varji. Ippreżentat minn żewġ żgħażagħ Trisianne Oliva u Karl Schembri li se jiddebuttaw fuq it-televiżjoni b’dan il-programm ġdid.

Kull ġimgħa, U_Talk se jħares lejn temi li jolqtu u jinteressaw liż-żgħażagħ bħalma huma l-mezzi soċjali, is-saħħa mentali, l-edukazzjoni, ir-relazzjonijiet, il-karrieri, fost oħrajn. Il-programm joffri format interattiv li jinkludi diskussjoni miftuħa, intervisti ma’ żgħażagħ attivi fi sferi varji tal-ħajja, kif ukoll interventi mill-udjenza b’mistoqsijiet u kummenti.
U_TALK, kull nhar ta’ Ħamis fid-8:45pm.