Illum beda r-Randan u l-istazzjon ONE nieda l-promozzjoni ta’ dokumentarju li bħalissa qed jiġi ppreparat biex jixxandar f’April li ġej.
Ir-Randan huwa żmien ta’ riflessjoni, żmien ta’ arti, tradizzjonijiet u spiritwalità. Żmien fejn mingħajr ma rridu nirriflettu fuq it-tbatija, iżda wkoll hu perjodu ta’ tama, fejn jispiċċa bil-ferħ tal-Għid il-Kbir. Dan kollu se jkun rifless fid-dokumentarju li jġib l-istess isem ta’ dan il-perjodu: RANDAN

F’dan id-dokumentrju ta’ Alan Paul Mizzi, nidħlu fil-profond tat-tradizzjonijiet, mill-ikel bnin għall-vari artistiċi, nixtarru l-funzjonijiet u l-purċissjonijiet, kif ukoll xi fatti kurjużi ma jonqsux. Dan kollu se jkun akkumpanjat minn partijiet mill-Evanġelji kif ukoll mill-poeżija.

RANDAN – Produzzjoni mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-arti se jixxandar esklussivament fuq ONE.
Aktar informazzjoni fil-jiem li ġejjien iżda sadanitant tista’ ssegwi l-ewwel promozzjoni hawn: