Pippa Duffy, isem rinomat u popolari fil-West End ta’ Londra se tkun il-ġurat mistiedna waqt l-ewwel semifinali ta’ BRILLANTI MUSICALS tal-Ħamis 29 ta’ Frar.
Ħafna jiftakru lil Pippa Duffy bil-karattru oriġinali ta’ Cassandra fis-serje Ingliża Only Fools and Horses u produzzjonijiet Ingliżi oħra bħal Pete vs Life u Mammals – personalità magħrufa internazzjonalment għall-bravura, it-talent u l-umanità tagħha!
Waqt l-ewwel semifinali se naraw erbatax-il żgħażugħ u żgħażugħa kollha ħerqana sabiex jirbħu total ta’ €30,000 sabiex jinvestuhom fil-karriera tagħhom.
L-ewwel semifinali se tħaddan sfida ħelwa iżda mhux nieqsa mid-diffikulta u l-emozzjoni –‘Brillanti goes Classic Couples!’
Is-semifinalisti jridu jagħżlu semifinalist ieħor sabiex jingħaqdu u jippreparaw dwett bejniethom, dwett spettakolari li jrid jimpressjona l-ġurija tal-programm.
Segwi BRILLANTI MUSICALS, il-Ħamis fit-8:35pm fuq ONE

.