Il-kandidat Nazzjonalista u dak li kien il-kelliem għall-Kap Bernard Grech iġġustifika t-tfigħ tal-bajd lejn il-Prim Ministru minn Ivan Grech Mintoff.
Il-Kap tal-ABBA Party kien qed jieħu sehem f’dibattitu tal-Kunsill Studenti Universitarji f’sala tal-Università ta’ Malta u reġa’ tefa’ l-bajd.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hawn qam Peter Agius u kkundanna dan l-att iżda sostna li fil-konfront tal-Prim Ministru, l-att isib l-appoġġ tiegħu.
Dan wara l-attakk li kien għamel Ivan Grech Mintoff fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien fil-Birgu, f’attività organizzata mill-Partit Laburista.