Żgur li kulħadd b’xi mod jew ieħor jiftakar xi praspura ta’ Pawla! Għal ħafna, fejn kien ikun hemm Pawla, ifisser li ħa jkun hemm id-daħk! Iżda f’dawn l-aħħar xhur Pawla kienet għaddejja minn mumenti diffiċli mmens.
Novembru 2018; Pawla u l-familja jieħdu l-aħbar li l-kliewi ta’ ommha Antoinette ma baqgħux jiffunzjonaw tajjeb sakemm fi Frar li għadda, Antoinette tħalli din id-dinja. Illum il-Ħamis fid-9pm Pawla tirrakonta MADWAR MEJDA.
”Illum MADWAR MEJDA se nagħmel intervista li qatt ma xtaqt li nagħmel. Se nintervista lil akbar ħabiba tiegħi, Paulette (Pawla) dwar il-mewt t’ommha. Antoinette; persuna li tant ħabitni u ġabitli rispett dejjem.”
WAYNE AQUILINA – WIEĦED MILL-PREŻENTATURI TA’ MADWAR MEJDA