Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed javża biex kemm jista’ jkun, qadi li jista’ jsir darb’oħra ma jsirx f’dawn il-jiem ta’ xita. Dan qalu d-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Protezzjoni Ċivili, Peter Paul Coleiro, waqt ONE News.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-riħ mistenni jonfoħ b’forza ta’ riefnu għada l-Ġimgħa. Importanti li ħadd ma jħalli oġġetti barra li jistgħu faċilment jtiru fir-riħ. Tipparkjax il-vetturi tiegħek ħdejn il-baħar jew taħt ħitan għoljin mhux stabbli. Evita li ssuq f’toroq baxxi li jħarsu lejn il-kosta tal-Grigal u tal-Lvant.