Il-belt ta’ Pariġi qiegħda tfittex li mezzi ta’ trasport alternattivi sabiex tnaqqas it-tniġġis fl-arja u t-traffiku. Huma sabu soluzzjoni li tinvolvi x-xmara Seine.
Huma vvintaw taxi li ttir bl-isem ta’ The Bubble. Din taħdem permezz tal-elettriku li togħla barra mill-ilma. Dan il-mezz ta’ trasport ġdid fih kwalitajiet favur l-ambjent fosthom li ma jikkawżax tniġġis fl-arja u storbju.
The Bubble tiswa madwar €200,000. Il-veloċità tagħha tista’ twassal sa 20.7 mil fis-siegħa. Filwaqt li l-veloċità massima fil-belt ta’ Pariġi hija 18.6 mil fis-siegħa.
Dan il-proġett għadu fl-istadji inizjali tiegħu. Huwa maħsub biex ittaffi mit-traffiku.
Pariġi hija wħda mill-iktar bliet madwar li għandha mezzi tat-trasport madwar id-dinja. B’650 ferrovija jaħdmu f’ħinijiet traffikużi. Tant li skont ċifri tal-awtorità Franċiża tat-trasport, fl-2016 saru 4.7 biljun vjaġġ bit-trasport pubbliku.
Nhar il-Ġimgħa f’Pariġi kien hemm kaos wara li l-unjins kollha li jaqgħu taħt l-awtorità tat-trasport f’Pariġi strikjaw minnħabba lpensjonijiet.
Bil-għan li tiġi indirizzata l-problema tat-traffiku, fl-Lulju pprojbixxiet karozzi irreġistrati bejn l-2001 u l-2005, kif ukoll trakkijiet bejn l-2006 u l-2009 madwar iż-żona tar-ring road A86.
Huwa mistenni li din il-belt tagħmel regoli aktar risretti meta fl-2030 jiddaħħlu l-karozzi elettriċi.