Sitt itfal flimkien ma’ żewġt adulti jinsabu maqbuda f’cable car kważi 300 metru ’l fuq mill-art fil-Pakistan.
Filmati fuq siti tal-aħbarijiet internazzjonali juru tentattivi ta’ selvataġġ tal-persuni maqbuda wara li nqataw xi ħbula b’riżultat li l-cable car tinsab imweħħla.
Ir-riħ qawwi fiż-żona qed jagħmilha diffiċli biex il-helicopters ta’ selvataġġ jersqu lejn il-cable car.
Sa issa l-cable car ilha mweħħla għal madwar 9 sigħat u fost il-maqbuda hemm tifel ta’ 16-il sena b’kundizzjoni medika f’qalbu. Dan ilu mitluf minn sensih għal madwar sagħtejn.
📹Six children and two adults were suspended inside a cable car dangling over a deep Pakistani valley, as a military helicopter hovered nearby for their rescue.
— Khaleej Times (@khaleejtimes) August 22, 2023
Video: AFP#Pakistan #chairlift #BattagramChairlift #Battagram pic.twitter.com/RnCVhFOmJ4
Pakistan Army Aviation helicopter and Special Service Group (SSG) personnel carry out a damage and risk assessment in preparations for a rescue operation at #Battagram cable car incident site@OfficialDGISPR #PakistanArmy #ISPR pic.twitter.com/yr7UhslCrI
— Pakistan Armed Forces News 🇵🇰 (@PakistanFauj) August 22, 2023