ONE ifakkar il-memorja tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona permezz ta’ programm speċjali, f’jum il-funeral is-Sibt 22 ta’ Marzu 2025 fit-8:30am b’diversi mistiedna fl-istudjo.
Antoinette Falzon se tmexxi dan il-programm speċjali li matulu se tingħata t-tislima xierqa lill-Arċisqof Emeritu.
Fid-9:30am, umbgħad ONE ixandar b’mod dirett il-quddiesa mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Minħabba dan il-programm u x-xandira speċjali, l-iskeda ta’ ONE għas-Sibt filgħodu kellha tinbidel. Minn nofsinhar ‘il quddiem l-iskeda tkompli b’mod normali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI