L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ħeġġet lir-residenti biex jisseparaw l-iskart kif suppost, sabiex jiġu evitati perikli tan-nar.
“Fid-dawl ta’ inċident riċenti li jinvolvi nirien relatati mal-iskart f’waħda mill-komunitajiet, infakkru lir-residenti kollha biex ikunu responsabbli fl-immaniġġjar tal-iskart,” qalet l-Assoċjazzjoni.
Dan fid-dawl li nirien kbar seħħew fi trakk tal-iskart f’Ħal Tarxien, minħabba rimi mhux xiereq u nuqqas ta’ separazzjoni adegwata.
“Nirien relatati mal-iskart joħolqu riskju sinifikanti kemm għall-ħajjiet kif ukoll għall-proprjetà. Dawn in-nirien jistgħu jinfirxu malajr, jikkawżaw ħsara estensiva u saħansitra jirriżultaw fit-telf tal-ħajja.”
Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
Għalhekk l-appel jibqa’ biex kull individwu jissepara l-iskart u jarmih kif suppost.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/07/14081754/6a85ed1f-84c7-49df-bb01-2449cdd8ad12-768x1024.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/07/14081801/396b75a6-15da-40ce-bb4c-c2707a287f00-1024x768.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/07/14081808/62dbe74c-b27d-494c-963d-77f105b46ff2-1024x768.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/07/14081814/fa83e73b-0049-4979-ad66-94dff8516d0c-1-768x1024.jpg)