ONE News jista’ jiżvela messaġġi llikjati minn grupp chat tal-Partit Nazzjonalista bl-isem “PN Ċentrali Fundraising”, li jintuża biex jiġu kkordinati attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Nazzjonalista. Wara ir-rally tal-attivisti, li skont il-fazzjoni ta’ Busuttil m’attendewx għalih aktar mitejn attivist, il-Viċi Kap Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo, kien kostrett iqaċċat ’il barra minn din ic-chat nies li huma qrib il-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil. Dan għax deherlu li kienu huma li llijkjawlu l-informazzjoni mill-grupp.
Fost il-persuni li Arrigo qaċċathom ‘il barra kien hemm Alex Perici Calscione, li kkontesta fit-tellieqa għall-Kap Nazzjonalista, u li kien teżorier fl-amministrazzjoni ta’ Simon Busuttil u qrib tal-fazzjoni tiegħu.
Mill-grupp ta’ Whats App, Arrigo neħħa wkoll lil Alexander Mangion, attivist nazzjonalist minn Ħ’Attard u li huwa wkoll qrib u leali lejn Simon Busuttil.
Mangion kien jingħata ħafna opportunitajiet minn Simon Busuttil, fejn anki kien jidher f’ħafna programmi fuq il-midja Nazzjonalista.
Malli Robert Arrigo neħħa lil dawk qrib Simon Busuttil mill-group fosthom Perci Calascione u Mangion, dlonk bagħat il-viċi Kap Nazzjonalist David Agius – li qallu “Good Move Robert”. Ferħan li rnexxielhom itajru lin-nies ta’ Simon Busuttil ’il barra minn dan il-grupp li jintuza ħafna sabiex jiddiksutu affarijiet tal-Partit.
ONE News jista’ jiżvela wkoll, messaġġ ieħor li ġie illikjat minn dan l-stess grupp. Anton Debono kanvasser ta’ Adrian Delia, xerred artiklu ta’ ONE News li fih żvelajna kif huwa tqabbad mill-klikka ta’ Delia sabiex iġiegħel lill-membri tal-kumitat sezzjoni ta’ Ta’ Tas-Sliema sabiex jiddikjaraw l-appoġġ tagħhom lejn Adrian Delia.
“Unfortunately even in our commitee we have leaks” – kiteb Anton Debono iddiżappuntat li l-manuvra li pprova jagħmel u l-messaġġi li bagħtu, spiċċaw illikjati u ħarġu f’ONE News.
Intant, il-manuvri ta’ Anton Debono sfaxxaw fix-xejn. Dan għax it-Times of Malta żvelat tard il-Ġimgħa filgħaxija li l-kumitat sezzjonali ta’ Tas-Sliema ħa vot u wera li m’għandux fiduċja f’Adrian Delia bħala Kap. Filfatt, il-vot li ttieħed mill-kumitat ta’ Tas-Sliema kien ta’ għaxra voti kontra u tlieta biss favur Delia.