Fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Mara, is-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, ħejja dan il-filmat ma’ nisa differenti li jaħdmu jew speċjalizzaw f’dawn l-oqsma.
Uħud min-nisa huma bejjiegħa tal-ħut li ta’ kuljum imorru l-Pixkerija, bidwija f’razzett tal-annimali, cat feeder, xjentista, mara li tagħmel il-ġbejniet, studenti, ħaddiema fil-biċċerija u ħafna aktar.
Il-messaġġ ewlieni huwa dwar diversi nisa li jaħdmu u li ankè stabilixxew ruħhom fis-setturi agrarji, tas-sajd u fil-ħarsien tal-annimali, minkejja anke f’oqsma li tradizzjonalment ikunu ddominati mill-irġiel.
Intant, dalgħodu ġurnalist ta’ ONE News iltaqa’ ma’ dawn il-grupp ta’ nisa ħdejn bejjiegħa tal-ħut f’Ħaż-Żabbar.
Nawguraw lin-nisa kollha fil-jum iddedikat għalihom.